
Dehra tal-Bazilika minn barra

Dehra tal-Bazilika minn gewwa

Il-Bazilika minn gewwa
Il-Bazilika ta’ Sant’ Andrija gewwa l-belt taljana ta’ Mantova (Lombardia) bdiet tinbena fl-1462 fuq il-pjanti ta’ l-arkitett maghruf Leon Batista Alberti. F’dan il-lok, aktar qabel kien hemm wieqaf monasteru tal-Benedittini, li minnu llum baqa’ biss il-kampnar (mibni fis-seklu 13) li jmiss ezatt ma’ din il-bazilika.
Il-bini ta’ din il-knisja dam sejjer ghal aktar minn 325 sena, u llum titqies bhala wahda mill-aqwa xoghlijiet arkitettonici ta’ Alberti, minkejja l-fatt illi matul is-snin sarulha diversi alterazzjonijiet u zidiet. Fl-1597 tlestew iz-zewg kapelluni u l-kripta ta’ taht il-bazilika. F’din il-kripta tinzamm bl-akbar ghozza r-relikwija prezzjuza tad-Demm Imqaddes ta’ Sidna Gesu’ Kristu, li tinhareg ghall-qima tal-fidili darba f’sena nhar il-Gimgha l-Kbira. Il-koppla tal-bazilika bdiet tiela’ bil-mod il-mod fl-1732 fuq disinn ta’ Filippo Juvarra, u hadet hamsin sena shah sabiex tlestiet. Giet dekorata minn gewwa fuq disinn ta’ Paolo Pozzo lejn l-ahar tas-seklu 18 u l-bidu tas-seklu 19.
Bosta pellegrini minn madwar id-dinja jzuru din il-bazilika, u llum hija meqjusa bhala wiehed mic-centri l-aktar importanti ta’ din il-belt taljana.
Ref - Siti elettronici fuq l-Internet