PARROCCA SANT' ANDRIJA

Il-Kult ta' Sant' Andrija madwar id-Dinja

Il-Katidral ta' Sant' Andrija - Amalfi, Italja

Dehra maestuza tal-Katidral ta' Sant' Andrija gewwa Amalfi

Dehra tall-Katidral minn gewwa

Statwa ta' Sant' Andrija li tinsab quddiem il-Kattidral ta' Amlfi

Muzajk ta' Sant' Andrija fuq il-bieb principali tal-Kattidral

Statwa artistika ta' Sant' Andrija li tinsab fil-kripta tal-Kattidral

L-artal tal-kripta tal-Kattidral fejn jinsabu r-relikwi ta' Sant Andrija

Dehra tal-Kripta taht il-Katidral ta' Sant' Andrija

Ir-Relikwija ta' Sant' Andrija Appostlu

Bust tal-fidda li jinhareg processjonalment fil-festa Liturgika ta' Sant' Andrija

Ventartal tal-fidda li jinsab fil-Muzew tal-Kattidral

Dettall mill-isbah ta' bieba ta' tabernaklu li tinsab fil-kripta tal-Katidral

Dehra maestuza tal-processjoni solenni bil-bust-relikwarju ta' Sant' Andrija Appostlu - Amalfi

It-VIII centinarju mill-wasla tar-relikwi ta' Sant' Andrija f'Amalfi - A.D. 1208 - 2008

Ir-relikwija tal-qurriegha ta' Sant' Andrija Appostlu meqjuma b'tant ghozza gewwa l-Katidral t'Amalfi

 

Matul l-2008, l-Arcidjocesi ta’ Amalfi fakkret it-VIII centinarju minn meta l-fdalijiet tal-Appostlu Sant’Andrija waslu solennament gewwa din il-belt ghall-qima tal-fidili fl-1208 u tpoggew gewwa l-ktipta tal-Katidral. 

Il-festi centinarji fethu nhar it-8 ta’ Mejju 2008, propju f’jum it-traslazzjoni tar-relikwi minn Kostantinopoli ghall-belt Amalfitana.  Ghall-ftuh ta’ dawn il-festi specjali attenda l-Patrijarka ta’ Kostantinopli Bartolomeo I, u ha mieghu r-relikwarju bil-fdalijiet tar-ras ta’ Sant’Andrija bhala simbolu tal-ghaqda ekumenika li dan il-qaddis igib bejn il-Knisja tal-Lvant u dik tal-Punent.

Il-festi komplew nhar is-27 ta’ Gunju, fejn attenda l-Arcisqof ta’ Napli.  Dan il-jum jigi mfakkar ta’ kull sena bhala jum it-Tempesta, meta bl-intercessjoni ta’ Sant’Andrija din il-belt giet salvata mill-hakma tat-Torok fl-1544 billi qamet tempesta kbira u ghalhekk kienet difficli ghall-ghadu Ottoman sabiex jilhaq ix-xtut Amalfitani.

Fil-21 ta’ Novembru, l-Arcisqof Mons Orazio Soricelli u l-poplu Amalfitan kellu udjenza mall-Q.T. il-Papa Benedittu XVI.  Aktar minn 4,000 ruh attendew ghal din l-udjenza akkumpanjati mir-relikwija ta’ Sant’ Andrija Appostlu li giet ukoll venerata b’tant qima mill-istess Papa Benedittu XVI waqt din il-laqgha storika.  Nhar it-30 ta’ Novembru filghodu giet ikkoncelebrata quddiesa pontifikali mill-Arcisqof Soricelli fil-Katidral t’Amalfi, u wara harget il-processjoni li ta’ kull sena tigbed lejha ghadd kbir ta’ pellegrini minn madwar id-dinja.  Filghaxija imbghad, fl-gheluq ta’ dawn il-festi giet iccelebrata quddiesa pontifikali ohra gewwa l-Katidral ta’ Sant’ Andrija, din id-darba ppreseduta mill-Emm Tieghu il-Kardinal Tarcisio Bertone.

 

Il-Q.T. il-Papa iqim ir-Relikwija ta' Sant' Andrija waqt Udjenza mall-poplu Amalfitan gewwa l-Vatikan nhar il-21 ta' Dicembru, 2008

Il-wasla lura f'Amalfi tar-Relikwi ta' Sant' Andrija Appostlu