
Ma jistax jonqos illi l-kult ta’ Sant’ Andrija Appostlu jkun bil-wisq b’sahhtu gewwa l-Grecja, il-pajjiz fejn huwa ha l-martirju fis-sena 60 A.D. F’Patras insibu zewg knejjes iddedikati lil Sant’ Andrija.
Sa mill-ibghad zminijiet, f’Patras kien hemm wieqfa Bazilika antika li kienet tigbed lejha numru kbir ta’ pellegrini minn madwar id-dinja sabiex jinvistaw ir-relikwi ta’ Sant’ Andrija Appostlu mizmuma b’tant ghozza f’din il-knisja. Sfortunatament, din il-knisja giet imgarrfa mit-torok u wara numru ta’ snin inbnew iz-zewg knejjes li naraw illum.
L-ewwel Bazilika nbniet bejn l-1836 u l-1843 fuq pjanta ta’ l-arkitett famuz Lyssandros Kaftantzoglou ezattament fuq il-post fejn l-Appostlu ha l-martirju. Din il-knisja fiha hafna opri tal-arti li jzejnuha u jghamluha santwarju ta’ devozzjoni kontinwa lejn dan il-kbir Appostlu ta’ Kristu. F’din il-Bazilika insibu wkoll il-qabar fejn gie midfun Sant’ Andrija wara li ha l-martirju.
It-tieni knisja Katidrali ddedikata lil Sant’ Andrija Appostlu taf il-bidu taghha fl-1908 mir-Re’ Gorg I u giet inawgurata fl-1974 mill-Isqof Metropolitan ta’ Patras, Nikodimos. Dan il-Katidral huwa bla dubju ta’ xejn wiehed mill-isbah li nsibu fl-Ewropa.
Kif nafu, ir-relikwiji ta’ Sant’ Andrija ittiehdu lejn Kostantinopoli gewwa l-Knisja ta’ l-Appostli f’nofs is-seklu 4 fuq ordni ta’ l-Imperatur Kostantinu. Meta l-franki okkupaw dan it-territorju, ir-relikwi ta’ Sant’ Andrija ittiehdu l-Italja fosthom f’Ruma u gewwa Amalfi. Nhar is-26 ta’ Settembru 1964, ir-relikwija tar-ras ta’ Sant’ Andrija inghatat lura lill-Katidral ta’ Patras mill-Papa Pawlu VI bhala parti mill-hidma ekumenika bejn iz-zewg knejjes kattolici.

Dehra tal-Katidral minn gewwa

Il-Koppla fuq stil bizantin tal-Katidral ta' Sant' Andrija

Ir-Relikwa tar-Ras ta' Sant' Andrija Appostlu

Fdalijiet tas-salib ta' Sant' Andrija Appostlu