PARROCCA SANT' ANDRIJA

Il-Kult ta' Sant' Andrija madwar id-Dinja

Relikwa ta' Sant' Andrija fil-Katidral ta' Trier, Germanja

 

Gewwa l-Katidral ta’ Trier fil-Germanja, ezattament fit-tezor imprezzabbli ta’ dan il-maqdes imponenti, wiehed jista jsib relikwija ohra ta’ Sant’ Andrija, din id-darba fdalijiet mir-riglejn tal-qaddis.  Jinghad illi din ir-relikwija ingiebet minn gewwa l-Art Imqaddsa mill-Imperatrici Sant’Elena fir-raba’ seklu tal-Kristjanezmu.  Ir-relikwarju sabiex izommu dawn il-fdalijiet qaddisa saru mill-Arcisqof Egbert (977 – 993) li kien devot kbir ta’ Sant’ Andrija Appostlu.  Dan ir-reliwkarju jikkonsisti f’kaxxa tal-kewba miksija bid-deheb mill-aktar fin u fuqha tistrieh sieq tad-deheb miksija b’hagar prezzjuz li qed izzomm fiha l-fdalijiet tal-qaddis.  Ir-relikwarju fih ukoll dekorazzjonijiet sbieh maghmula mill-perli u hagar iehor.      

Dettal tar-relikwarju ta' Sant' Andrija

Dehra tal-Katidral ta' Trier