PARROCCA SANT' ANDRIJA

Il-Kult ta' Sant' Andrija madwar id-Dinja

Knisja ta' Sant' Andrea Al Quirinale - Ruma, Italja

Dehra tal-Knisja minn barra

L-Altar Maggur bil-kwadru ta' Sant' Andrija Appostlu

Dehra tal-koppla minn gewwa

Impressjoni artistika tal-knisja minn gewwa

Dettall tal-prospettiva mill-isbah tal-Altar Maggur

 

Il-Knisja ta’ Sant’ Andrea al Quirinale hija knisja tal-Gizwiti li tinsab fuq l-gholja hekk imsejha Quirinale gewwa Ruma.

Qabel din il-knisja prezenti kien hemm ohra ddedikata lil Sant’ Andrija maghrufa bhala a Montecavallo.  Il-bini tal-knisja l-gdida gie kkummisjonat mill-Papa Alessandru VII u l-Kardinal Camillo Pamphilj.  Il-pjanta ta’ din il-knisja saret mill-maghruf Gian Lorenzo Bernini u Giovanni de’Rossi wara n-nofs tas-seklu 17.  Hija meqjusa bhala wahda mill-aqwa ezempju tal-barokk ruman.  Fil-fatt, Bernini nnifsu kien iqisha bhala l-unika xoghol perfett minn tieghu.

Id-dekorazzjoni kollha li naraw f’din il-knisja giet iddisinjata minn Bernini stess u nhadmet minn Antonio Raggi bejn l-1661 u l-1666, b’hafna puttini u kertubini jiddominaw kull rokkna ta’ din il-knisja meraviljuza.  Il-kwadru titulari juri l-martirju ta’ l-Appostlu Sant’ Andrija, xoghol Borgognone fl-1668. 

Il-fdalijiet qaddisa ta’ San Stanislaus Kostka, tar-Re’ Carlo Emmanuele IV ta’ Sardinia u ta’ Emmanuel Theodose de La Tour d’Auvergne jinsabu f’din il-knisja.